L-Istati Uniti twissi li lesta għal aktar attakki | One News

Notifiki

L-Istati Uniti twissi li lesta għal aktar attakki

L-Istati Uniti tinsab diżappuntata iżda mhux sorpriża bir-risposta Russa għall-attakki Amerikani fuq bażi tal-ajru Sirjana. Il-mibgħut tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Magħquda, Nikki Haley, wissa li l-Amerka hija lesta li tieħu aktar azzjonijiet għaliex huwa fl-interess vitali tagħha li twaqqaf it-tixrid ta’ armi kimiċi.

Dan hekk kif huwa suspettat li l-bażi Sirjani għandha aktar armi kimiċi. Minn tal-inqas sitt persuni huma rrappurtati li nqatlu mill-attakki Amerikani bil-missili iktar kmieni l-Ġimgħa.

Ir-Russja, l-alleat tas-Sirja, akkuża lill-Istati Uniti li qed jinkoraġixxi lit-terroristi bl-azzjonijiet tagħha. Is-Segretarju tal-Istat Rex Tillerson qal li jinsab diżappuntat bir-rispons Russu.

Żied jgħid li dan jindika l-appoġġ kontinwu tar-Russja lejn ir-reġim t’ Assad u, b’mod partikolari, l-appoġġ kontinwu lejn reġim li jwettaq dawn it-tip t’ attakki orribbli fuq in-nies tiegħu stess.

Moska kienet wegħdet li ssaħħaħ id-difiża Sirjana għal kontra l-ajurplani. Dan filwaqt li qed tagħlaq ftehim mal-Istati Uniti li kien diżinjat biex jevita kolliżjonijiet bejn il-forzi tal-ajru tagħhom fuq is-Sirja

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend