Jinstab ir-raġel imfittex | One News

Notifiki

Jinstab ir-raġel imfittex

Il-Pulizija fl-Iżvezja arrestaw żewġ irġiel wara li trakk baqa’ dieħel f’stabbiliment  fi Stokkolma lbieraħ. Dan l-attakk terroristiku ħalla erbà persuni mejta u għexierien midruba.

L-ewwel raġel arrestat huwa suspettat li wettaq attakk terroristiku. Huwa ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija wara li l-Pulizija ippublikat filmat CCTV tal-persuna li kienet qed tfittex. It-tieni arrest sar wara li r-raġel mfittex instab mill-Pulizija.

 

Il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Stefan Lofven, sejjaħ dan l-att kriminali bħala wieħed terroristiku. Tmien adulti u tifel qed jingħataw il-kura fl-isptar. Wara dan l-attakk il-Prim Ministru ħareġ ordni biex is-sigurtà mal-fruntiera tal-pajjiż tiżdied b’mod immedjat.

It-trakk daħal fid-daħla tal-istabbiliment wara nofsinhar il-Ġimgħa, għall-ħabta tat-15.00, li jinsab fi Queen Street, waħda mill-aktar żoni mfittxija fil-Belt.

It-trakk li ntuża kien ta’ kumpanija tal-birra li qalet li t-trakk tagħha ġie maħtuf ftit qabel, hekk kif it-trakk kienet qed twassal konsenja lil restorant fil-viċinanzi ta’ fejn seħħ l-attakk.

Il-Pulizija l-Ġimgħa filgħaxija ippubblikat ritratt ta’ raġel liebes ġakketta. Ftit wara r-raġel instab f’Marsta, 40km fi Tramuntana ta’ Stokkolma.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend