Diskussi l-isfidi tan-negozji żgħar u medji waqt il-Kunsill tal-Ministri Ewropej | One News

Notifiki

Diskussi l-isfidi tan-negozji żgħar u medji waqt il-Kunsill tal-Ministri Ewropej

Il-bżonn li jinħoloq ambjent ekonomiku ideali u li jonqsu sistemi burokratiċi għall-kumpaniji żgħar u medji kienu temi ewlenin diskussa bejn il-Ministri għall-kompettività tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Waqt laqgħa informali li saret fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Ministri qablu fuq il-bżonn li n-negozji żgħar u medji jingħataw l-għodod meħtieġa u jkollhom iżjed aċċess għall-fondi.

Il-Kummissarju Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Carlos Moedas, stqarr li l-laqgħa kienet waħda proattiva u li ġabet wara mejda lill-imsieħba soċjali f’dan il-qasam.  Fil-fatt saret preżentazzjoni minn intraprendituri biex il-Ministri Ewropej jifhmu l-isfidi li jiltaqgħu magħhom.

Moedas qal li hu fid-dover tal-Ewropa li tgħinnhom jikbru u jkunu innovattivi. Moedas qal li minn hemm nistgħu insaħħu l-impatt li diġa jħallu n-negozji żgħar u medji.

Il-Ministru għall-kompettività  Chris Cardona qal li fl-istess waqt kien hemm qbil li l-Ewropa trid tattira iżjed investimenti u tadatta għall-bidla li qed tesperjenza l-industrija Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend