Jiżdiedu l-kontrolli fuq Maltin u ċittadini Ewropej li jidħlu jew jitilqu minn Malta – One News

Notifiki

Jiżdiedu l-kontrolli fuq Maltin u ċittadini Ewropej li jidħlu jew jitilqu minn Malta

L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni Maltin qed jimplementaw kontrolli sistematiċi fuq kwalukwe ċittadin tal-Unjoni Ewropea, inklużi ċittadini Maltin, li jidħlu Malta minn ajruporti jew portijiet barra miż-żona Schengen, jew li jitilqu minn Malta lejn dawn id-destinazzjonijiet.

Dawn il-kontrolli qed isiru skont emendi riċenti għax-Schengen Borders Code, liema emendi daħlu fis-seħħ fl-Istati kollha li jifformaw parti miż-Żona Schengen.

Il-Maltin u ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea ser jkunu suġġetti għal dawn il-kontrolli meta jtiru lejn u minn ajruporti fir-Renju Unit u ajruporti barra l-Unjoni Ewropea u ż-Żona Schengen, bħal Istanbul, Moska, Tripli u Tuneż.

 Dawn il-kontrolli qed isiru għal raġunijiet ta’ sigurtà, b’mod partikolari wara l-attakki f’Pariġi ta’ Novembru 2015 u sabiex tkun indirizzata t-theddida mill- foreign terrorist fighters.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend