IL-PN MA JRIDX LILL-KUMMISSJONI ELETTORALI TINVESTIGAH – One News

Notifiki

IL-PN MA JRIDX LILL-KUMMISSJONI ELETTORALI TINVESTIGAH

Ir-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kummissjoni Elettorali ma jridux li l-istess Kummissjoni tinvestiga l-iskandlu Pagi PN. Saħansitra kitbu lill-President ta’ Malta, biex iqajmu dubji dwar l-investigazzjoni.
Fl-ittra, il-Kummissarji nnominati mill-Partit Nazzjonalista jsostnu li b’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali se tikser il-Kostituzzjoni ta’ Malta u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem kif jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

“Mhux aċċettabbli li l-Kummissjoni tinvestiga u tiġġudika l-każ fl-istess ħin,” qal il-Partit Nazzjonalista dwar investigazzjoni regolata mill-liġi tal-finanzjament tal-Partiti. Saħansitra issa l-Partit Nazzjonalista qed jattakka lill-Kummissjoni Elettorali u qal li l-Kummissjoni ma tista’ qatt tagħti garanzija ta’ imparzjalità.

 Sa ftit ġimgħat ilu, il-Kap tal-Oppożizzjoni, kien qed jgħid li ma kellux problema li ssir investigazzjoni mill-kummissjoni elettorali:

Intant, fuq twitter il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern qal li dan juri kemm il-PN m’għandux kredenzjali.

Dawn huma l-aħħar żviluppi b’rabta mal-iskandlu tal-Partit Nazzjonalista, skema Pagi PN:

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend