Iben pulizija darab pulizija – One News

Notifiki

Iben pulizija darab pulizija

Iben pulizija nstab ħati li darab pulizija f’Paceville. Wayne Wright, żagħżugħ ta’ 21 sena minn New Zealand weħel 8 xhur ħabs sospiżi għal sena u multa ta’ €4,000.

Dan wara li fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa kien involut fi ġlieda f’lukanda u pulizija li mar biex jikkalma s-sitwazzjoni spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn. L-avukat għaż-żagħżugħ sostna li l-klijent tiegħu ddispjaċih ta’ dak li għamel u apparti li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih huwa ikkopera bi sħiħ.

L-avukat difensur spjega li apparti li ż-żagħżugħ iffaċja proċeduri kriminali, huwa se jiffaċja kliem iebes m’għand missieru li huwa eks membru tal-armata f’pajjiżu u issa jaħdem ukoll bħala pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend