"Ras it-tarbija bdiet tixxengel minn naħa għall-oħra f'ħalq il-pitbull" | One News

Notifiki

“Ras it-tarbija bdiet tixxengel minn naħa għall-oħra f’ħalq il-pitbull”

Tarbija qed tissielet għal ħajitha wara li kienet attakkatta minn pitbull b’bandli. Il-każ seħħ f’Kent l-Ingilterra, ftit qabel il-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar. It-tifla għandha madwar 18-il xahar. Il-każ kien gravi tant li l-Pulizija għalqet l-aċċess għall-bandli, li jinsab wara blokk ta’ appartamenti. Aktarx li l-kelb qabeż il-gradi biex sabu ruħu fejn kien hemm it-tfal.

Il-kelb spiċċa miet ukoll, b’tiri sparati lejh mill-Pulizija. Ġirien qalu li semgħu tiri u raw lit-tilfa mgħottija b’liżar tittieħed b’ambulanza. It-tifla kienet ma’ babysitter filwaqt li l-ġenituri tagħha kienu x-xogħol fil-ħin li fih seħħ l-attakk.

Xhud minnhom qalet li ras it-tifla kienet qed tixxengel minn naħa għall-oħra f’ħalq il-pitbull u kienet misija demm. Qalet li kienet xena tal-waħx u kien hemm madwar sitt itfal oħra li raw ix-xena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend