Qabduh bl-għodda lest biex jisraq fiż-Żejtun | One News

Notifiki

Qabduh bl-għodda lest biex jisraq fiż-Żejtun

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta, membri mil-iskwadra tar-Rapid Intervention Unit waqt ronda fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb, iż-Żejtun, waqqfu persuna ġewwa pompa tal-petrol.

Ir-raġel li għandu 41 sena u residenti l-Ħamrun, ġie mwaqqaf fuq suspett li seta’ kien involut f’ sensiela ta’ serq minn diversi pompi tal-petrol fosthom ġewwa l-Għargħur, il-Gżira u ż-Żejtun stess.

Fil-pussess tiegħu nstabu oġġetti relatati mas-serq, fosthom balaklava u turnaviti fost oġġetti oħra, għaldaqstant ir-raġel ġie arrestat.

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa taż-Żejtun għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend