Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b'risq Puttinu | One News

Notifiki

Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b’risq Puttinu

Minn ġranet impenjativi fl-uffiċċini tal-Awtorità tal-Ipjannar għal ġurnata ta’ ħasil ta’ karozzi għal għan nobbli.

L-Erbgħa filgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, flimkien mat-tmien Diretturi u assistenti Diretturi ħaslu l-karozzi tal-impjegati tal-istess awtorità.

B’kollox inħaslu aktar minn ħamsa u tlettin karozza.

Inizjattiva li saret għall-ewwel darba u li għaliha t-tmexxija tal-awtorità ingħaqdu flimkien u bejn ċajta u oħra middew idejhom u ħaslu għadd ta’ karozzi fil-parkeġġ tal-stess awtorità.

Buttigieg qal li hi ġurnata differenti għax ovvjament mhux imdorri jaħsel dak l-ammont ta’ karozzi, imma fl-istess waqt qal li hi okkażjoni ta’ rilassament għalihom u waħda ta’ gost.

Hu qal li ta’ kull sena l-Awtorità tal-Ippjanar torganizza diversi attivitajiet li minnhom tgħin lil għaqdiet differenti, u li l-flus miġbura waqt din l-attività se jkunu qed imorru kollha għal Puttinu Cares.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend