Ġuvni ta' 17-il sena jinduna bi żball li kellhom in-NASA | One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 17-il sena jinduna bi żball li kellhom in-NASA

Żagħżugħ Brittaniku kkuntattja lix-xjentisti tan-NASA biex jiġbdilhom l-attenzjoni dwar żball li kellhom fid-data tagħhom stess.

L-istudent li qed jistudja għall-A-levels, Miles Soloman, sab li s-sensuri tar-radjazzjoni fl-Istazzjon Spazzjali Internazzjonali, ISS, kienu qed jirreġistraw informazzjoni falza.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li ġej mill-iskola Tapton f’Sheffield qal li “vera kienet sitwazzjoni tal-ġenn” meta bagħat is-sejba lill-aġenzija spazzjali, għax żgur li mhux każ komuni.

NASA rrispondewh u qalulu li l-għajnuna kienet “apprezzata”, fejn saħansitra stednuh biex jgħin waqt l-analizzar tal-problema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend