Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mosta | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Mosta

Raġel ta’ 40 sena residenti l-Għargħur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Vjal l-Indipendenza, l-Mosta.

Minn stħarriġ irriżulta għall ħabta tas-7.15am kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Għargħur u vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend