QTIL ĦAMRUN: ILLUM SE JITRESSQU L-QORTI MISSIER U IBEN | One News

Notifiki

QTIL ĦAMRUN: ILLUM SE JITRESSQU L-QORTI MISSIER U IBEN

B’rabta mal-qtil ta’ Brandon Pace, tal-Gallali, illum se jiġu imressqa l-Qorti b’akkużi ta’ qtil volontarju, missier u iben li kienu qed jinżammu arrestati.

Dan wara li llum l-iben, Kurt Grech magħruf bħala ‘tan-nemes’, ġie rilaxxat mill-isptar Mater Dei. Grech kien qed jinżamm l-isptar Mater Dei għall-kura wara li wkoll sofra xi ġrieħi waqt din il-ġlieda bi skieken u l-madum.

Qed ikun allegat li l-agressur, Kurt Grech, kien qed jilmenta li Pace kien qed jistma ħażin lil ibnu. L-argument beda fuq it-telephone sakemm eskala tant li Grech, ommu u missieru marru fuq il-post fil-qasam tad-djar tal-Ħamrun il-Ħadd filgħaxija.

Hemm kien hemm ġlieda bis-skieken u l-madum li minnha ħareġ l-agħar Pace li miet f’idejn oħtu. L-allegati agressuri ħarbu minn fuq il-post. Madwar siegħa u nofs wara kienu arrestati. Fid-depot kienet interrogata ukoll l-omm.

Aqra aktar: X’NAFU S’ISSA DWAR IL-QTIL TA’ BRANDON PACE

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend