Pilota jintbagħat tmien xhur ħabs wara li xorob flixkun Vodka qabel titjira | One News

Notifiki

Pilota jintbagħat tmien xhur ħabs wara li xorob flixkun Vodka qabel titjira

Pilota li kellu titjira minn Calgary lejn il-Kanada ngħata sentenza ta’ tmien xhur ħabs wara li kien se jtajjar ajruplan fis-sakra. Miroslav Gronych ta’ 37 sena li mit-testijiet tal-alkoħol irriżulta li kien ikonsma alkoħol tliet darbiet aktar minn dak permess bil-liġi, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih li kellu fil-kontroll tiegħu ajruplan waqt li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Il-pilota Slovakk li huwa missier ta’ żewġ itfal, beda jħawwad fil-kliem meta daħal fl-ajruplan għat-titjira skedata lejliet l-ewwel tas-sena tal-linja tal-ajru Sunwing. Fil-Qorti ntqal li l-assistent pilota qal lill-pilota biex jinżel minn fuq l-ajruplan iżda ftit tal-ħin wara rritorna fil-kabina tal-ajruplan u ħassu ħażin, tant li ħabat wiċċu mat-tieqa.

L-avukat difensur qal li l-pilota kien xorob il-vodka u anke ħa mediċina bl-isem ta’ Tylenol għaliex il-lejl ta’ qabel it-titjira kien ħass li se jimrad. Huwa qal fil-Qorti li filgħodu baqa’ rieqed u għalhekk xorob il-vodka kollha li kien fadal fil-flixkun qabel it-titjira. Il-Pilota ma jistax jippratika l-professjoni tiegħu sa sena wara li joħroġ mill-ħabs. Gronych ġie ordnat li jirritorna lejn pajjiżu issa li l-każ tiegħu ġie konkluż.

Il-Maġistrat kellha appell għal piloti kollha li fi kliema huwa “sempliċi” – “Ittajjrux ajruplan fis-sakra, sempliċi ħafna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend