L-MDA sodisfatta bis-surplus ekonomiku | One News

Notifiki

L-MDA sodisfatta bis-surplus ekonomiku

 

“Il-Malta Developers Association (MDA) bi pjaċir tilqa’ l-aħbar li, wara aktar minn tletin sena, il-Fond Konsolidat ta’ Malta m’għadux f’sitwazzjoni ta’ defiċit permanenti, peress li d-dħul tal-Gvern kien akbar mill-infiq fl-2016.”

Dan kien kliem l-Malta Developers Assosication li fi stqarrija esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-aħbar ta’ surplus ekonomiku. L-MDA irikonoxxiet li dan kien pass importanti fl-istorja ekonomika ta’ Malta u tifraħ lill-Gvern talli laħaq dan il-għan mingħajr ma kellu jirrikorri għal miżuri ta’ awtorità ħarxa, filwaqt li naqqas it-taxxi.

L-MDA irrimarkat li l-industrija tal-kostruzzjoni u l-proprjetà kienet waħda mill-muturi ekonomiċi li waslet għal dan ir-riżultat mill-aktar sodisfaċenti u li l-attitudni pro-business tal-Gvern kienet ukoll waħda mir-raġunijiet li wasslu għal dan ir-riżultat.

Issa li Malta laħqet din il-mira, fi kliem l-MDA, il-Gvern għandu jiżgura li l-ekonomija tibqa’ sejra tajjeb biex tkun tista’ ssostni sitwazzjoni fejn defiċits annwali jkunu xi ħaġa tal-passat waqt li nżommu f’moħħna l-ħtieġa li l-pajjiż ma jonfoqx iż-żejjed u nżommu l-impjieg fis-settur pubbliku f’livelli maniġġabbli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend