Il-Pulizija bi tfittxija għal omm li 'ħatfet' lil uliedha | One News

Notifiki

Il-Pulizija bi tfittxija għal omm li ‘ħatfet’ lil uliedha

Il-Pulizija Ingliża qed tfittex omm ta’ 40 sena minn Newark li wara d-deċiżjoni tal-Qorti għall-familja biex uliedha ma jibqgħux fil-kustodja tagħha ħarbet bit-tfal tagħha.

Huwa mifhum li Samantha Baldwin ħatfet lil uliedha ta’ disà snin u sitt snin u li skont il-Qorti hija ta’ riskju għalihom. Il-mara dehret l-aħħar f’Nottingham tmint ijiem ilu.

Is-Supretendent Helen Chamberlain għamlet appell minn omm għal omm, u appellat lil Baldwin biex tagħmel kuntatt mal-Pulizija u li tifhem li dan huwa “żmien diffiċli ħafna” għaliha. 

“Nista’ nimmaġina x’qed tħoss u qed taħseb bħalissa” qalet is-Supretendent fl-appell tagħha. “Jiena ukoll omm ta’ tfal li għandhom l-età ta’ uliedek u nifhmek.”

Hija spjegat li l-omm ma għamlitx kuntatt mal-awtoritajiet u li huma qed jitolbu lill-omm biex tinfurmahom li t-tfal jinsabu siguri. Il-Pulizija appellat ukoll lill-pubbliku biex jekk jaraw lil din l-omm u lil uliedha jgħaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend