Tfal jitrawwmu fit-tradizzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira – One News

Notifiki

Tfal jitrawwmu fit-tradizzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira

Il-Ħadd wara nofsinhar, fil-Ġonna pubbliċi ta’ Sant’ Anton f’Ħ’Attard, saret il-purċissjoni tat-tfal tal-Ġimgħa l-Kbira.

Il-purċissjoni ttellgħet mill-Parroċċa San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Din kienet ix-xewqa tal-istess President li ssir din l-attivita. Fil-fatt, kienet l-ewwel darba li saret purċissjoni tat-tfal tal-Ġimgħa l-Kbira fl-istess ġonna.

B’kollox ħadu sehem madwar mija u tmenin tifel u tifla, li rrappreżentaw il-figuri u l-episodji kollha li jiffurmaw parti mill-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Kien hemm ukoll ħames vari li tagħhom naraw verżjoni kbira fil-purċissjonijiet kollha tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend