150 uffiċjal imħarreġ dwar is-sigurtà fl-ajruport  | One News

Notifiki

150 uffiċjal imħarreġ dwar is-sigurtà fl-ajruport 

Aviation Security Malta (AVSEC) qed tinvesti f’taħriġ li jiżviluppa l-ħiliet ta’ uffiċjali involuti fis-sigurtà tal-ajruport. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt diskussjoni dwar l-isfidi li qed taffaċċja l-industrija Ewropea tal-avjazzjoni, fl-Air Malta Travel International Exhibition Fair, l-MFCC.

Il-Ministru Abela qal li l-programm nazzjonali ta’ taħriġ dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili ġie żviluppat bl-oġġettiv prinċipali li jassigura li l-miżuri ta’ sigurtà jiġu implimentati minn ħaddiema mħarrġa, u li qed ikunu f’konformità mar-regoli u mal-liġijiet lokali u internazzjonali.

B’dan l-għan Aviation Security Malta ħarrġet u tat ċertifikati lil 30 instructor tas-sigurtà li se jkunu jistgħu jgħallmu l-korsijiet lil ħaddiema ġodda dwar miżuri u dwar regoli tas-sigurtà biex il-ħaddiema tal-ajruport jaħdmu fl-industrija b’responsabbiltà.

Il-Ministru Carmelo Abela qal ukoll li Aviation Security Malta ħarrġet u ċċertifikat 85 manager fis-sigurtà tal-avjazzjoni minn entitajiet u minn kumpaniji involuti fl-industrija.

Korsijiet ta’ Train the Trainer saru lil 40 instructor tas-sigurtà speċjalizzati b’responsabbiltajiet li jvarjaw mis-sigurtà tal-ajruport, aircraft securitypassenger and cabin baggage security, kif ukoll cargo and mail.

Il-Ministru spjega li Malta għandha track record pożittiv f’dan il-qasam u inspectorskwalifikati minn Avsec Malta qed jissejħu regolarment mill-Kummissjoni Ewropea biex jipparteċipaw b’mod attiv fi spezzjonijiet u f’eżerċizzji ta’ awditjar li jsiru fl-ajruporti tal-istati membri Ewropej.

Qed isir ukoll investiment f’software għall-assigurazzjoni ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni ta’ screening tal-passiġġieri, tal-kabina u tal-bagalji biex ikunu tal-ogħla livell possibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend