S&P tikkonferma r-rating ekonomiku pożittiv ta’ Malta – One News

Notifiki

S&P tikkonferma r-rating ekonomiku pożittiv ta’ Malta

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating ekonomiku ta’ A- għal Malta. Dan f’analiżi li saret qabel sar magħruf li pajjiżna għall-ewwel darba f’35 sena kellu surplus fil-finanzi pubbliċi.

It-tbassir ekonomiku għal pajjiżna baqa’ wieħed stabbli li jirrijaferma l-klima pożittiva li qed tgawdi Malta bħalissa. Fir-rapport li ħareġ il-Ġimgħa filgħaxija, Standard & Poor’s qed tbassar li l-ekonomija Maltija se tkompli tespandi f’termini reali b’iktar minn 3% kull sena sal-2020.
 Dan meta sa Ottubru li għadda kienu qed ibassru tkabbir ta’ 3.3%. “Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex tilqa’ għall-effetti ta’ BREXIT”, tgħid Standard & Poor’s, li fost oħrajn jinnutaw li l-qasam tax-xogħol u dak turistiku qed ikomplu jkattru l-ġid.
Ir-rapport jgħid li huwa mistenni wkoll li jonqos id-dejn nazzjonali għal 47% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2020 minn 53%  fl-2016. Punt ieħor li jinnota l-aħħar rapport tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu huwa dak li d-djun fis-settur privat ukoll mistenni jkompli jonqos.
Intant fi stqarrija l-Gvern laqa’ bi pjaċir il-fiducja murija mill-esperti ta’ Standard & Poor’s b’mod speċjali l-osservazzjonijiet li saru fil-qasam tal-enerġija fejn jinnottaw li dan attribwixxa għat-tkabbir ekonomiku. Dan b’kuntrast għal dak li jgħid Simon Busuttil li l-proġetti tal-enerġija ma kienx hawn bżonnhom.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend