Joffru li joqtluha biex ma tbatiex – One News

Notifiki

Joffru li joqtluha biex ma tbatiex

“Irrid l-ommi,” din hija l-karba taċ-ċkejkna Hawra, li spiċċat f’nofs gwerra li lanqas biss għadha tifhem x’inhi. Tassumi biss li din hija r-realtà normali tal-ħajja, għax tul ħajjitha esperjenzat biss xita ta’ bombi. F’idejn in-nanna tagħha t-tifla ma setgħetx tiċċaqlaq lanqas biss felħet titkellem.

Wiċċ it-tifla miksi dmija, saqajha b’numru ta’ feruti wara li sofriet minn ħruq u għajnejha magħluqin għaliex bl-uġigħ ma tistax tiftaħom. It-tobba ma jafux jekk hux se tkun tista’ terġa tara u quddiem dan kollu n-nanna tagħha baqgħet bla kliem.

“Xi kultant naħseb li aħjar jekk inmutu. Qed naħseb li aħjar nmut flok ngħix hekk. Din it-tifla kienet bħal donna fjura żgħira, suppost qed tilgħab u tiġri – Minflok issa m’għandiex għajnejn biex tara u anqas għandha omm biex tieħu ħsiebha,” spjegat in-nanna tat-tifla. Filfatt, omm Hawra nqatlet wara attakk mill-ajru f’Mosul.

Il-familjari tagħha ddeskrivew dik ix-xena, li ebda persuna m’għandha tgħaddi minnha. Ix-xena x’ħin qalb it-tifrik sabu lit-tifla tissielet għal ħajjitha. Huma talbu lill-militanti tal-ISIS biex iħalluhom jaħarbu iżda minflok suldat tal-ISIS qal lill-familja li kien qed joffri li joqtol lit-tifla. “Huwa qalilna, jekk tridu kemm nisparalha. Jekk tridu li t-tifla ma tbagħtiex aħjar noqtolha għax xorta se tmut eventwalment.”

Din hija r-realtà sfortunata tal-maġġoranza taċ-ċkejknin f’pajjiżi bħas-Sirja u Mosul, realtà kerha li l-mewt joffri tama isbaħ għaliha mill-ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend