Tinfirex il-ħosba fl-Ewropa – twissijiet | One News

Notifiki

Tinfirex il-ħosba fl-Ewropa – twissijiet

Il-ħosba qed tinfirex madwar l-Ewropa, kull fejn it-tilqim m’għandux preżenza daqshekk qawwijja.

Din hija t-twissija tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-pajjiżi l-iktar milquta huma l-ġirien Taljani tagħna, u r-Rumanija. Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena, fl-Italja kien hemm aktar minn mitejn każ. Fir-Rumanija kien hemm 3,400 każ u 17-il mewt minn Jannar 2016.

Il-ħosba hija marda li tittieħed immens. L-Organizazzjoni wissiet li minħabba l-mod kif nivjaġġaw bejn pajjiż u ieħor, ftit li xejn tista’ tevita li tilħaq il-konfini ta’ pajjiż partikolari. Hawn Malta tingħata l-injezzjoni ta’ tilqim b’xejn mill-istat, f’età bikrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend