Bl-ittra ta' May iffirmata Barnier jiltaqa' ma' Muscat | One News

Notifiki

Bl-ittra ta’ May iffirmata Barnier jiltaqa’ ma’ Muscat

Il-jum li fih il-Prim Ministru Theresa May se tiskatta BREXIT, in-negozjatur ewlieni ta’ BREXIT Michel Barnier iltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Din propju kienet l-ewwel laqgħa ta’ Barnier, flimkien ma’ mexxej ta’ pajjiż, wara li Theresa May iffirmat in-notifika uffiċjali li se twassal biex ir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru ddeskriva din il-ġurnata bħala waħda diffiċli u ta’ diqa, iżda qal li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea timxi ‘l quddiem u tistabillixxi x’tip ta’ relazzjoni trid mar-Renju Unit.

F’din il-laqgħa, il-Prim Ministru qal li pajjiżna jrid ftehim li bih kulħadd imur tajjeb iżda li juri li sħubija mal-Ewropa dejjem hija triq aħjar.  Fil-laqgħa ma’ Barnier, il-Prim Ministru saħaq li jrid ikun hemm ftehim bejn is-27 membru stat dwar il-linji gwida li se jippreżenta r-Renju Unit.
L-ittra ta’ May mistennija tasal fi Brussell għall-ħabta tas-13.30pm biex imbagħad ir-Renju Unit fi żmien 48 siegħa, ifassal linji gwida, dwar ir-relazzjoni li jrid mal-Unjoni Ewropea ladarba ma jibqax membru. Muscat esprima l-apprezzament tiegħu għal kliem li lissen Barnier tul din il-laqgħa, kliem li fakkar il-bżonn ta’ trasparenza f’dan il-proġett.
“Din hija ġurnata diffiċli, iżda l-Unjoni Ewropea għandha timxi ‘l quddiem b’mod trasparenti u f’direzzjoni waħda.” – Joseph Muscat
Barnier spjega li hemm koperazzjoni b’saħħitha fl-ewwel jum ta’ dik li se tkun triq twila ta’ negozjati. Madanakollu, qal li l-Unjoni Ewropea trid li din is-sbuħija l-ġdida tkun waħda ta’ suċċess. 
Fuq twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li pajjiżna se jkun qed iżomm mal-prinċipji ta’ pajjiżna u attitudni kostruttiva tul in-negozjati ta’ BREXIT.

Spoke with @MichelBarnier about constructive and principled attitude we will adopt during #brexit negotiations -JM pic.twitter.com/2GSNS2M93d

— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 29, 2017

Min-naħa tiegħu, n-negozjatur ewlieni ta’ BREXIT, Michel Barnier, spjega li f’din l-ewwel laqgħa, fl-ewwel jum ta’ BREXIT, kellu diskussjoni tajba mal-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat u li l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li fi tmum tagħha hemm pajjiżna se jkollha rwol importanti fin-negozjati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend