Żagħżugħ isir jaf li kien ilu 13-il sena rrapportat nieqes | One News

Notifiki

Żagħżugħ isir jaf li kien ilu 13-il sena rrapportat nieqes

Meta kellu biss ħames snin, Julian Hernandez sparixxa. Ommi marret dritt għand il-Pulizija u għamlet rapport li t-tifel tagħha kien nieqes. Dan kien lura f’Awwissu tas-sena 2002, f’Alabama, fejn kien suspettat li missieru, Bobby Hernandez, li sparixxa fl-istess żmien, ħataf lil ibnu waqt battalja għall-kustodja tat-tifel.

Għal snin twal l-investigaturi pprovaw isibu xi ħjiel ta’ fejn seta’ kien, iżda l-investigazzjoni ma ħalliet ebda frott. Tant kienu għaddew snin, li l-każ tiegħu twaddab ma każijiet li ma ġewx solvuta, iżda 13-il sena wara l-każ reġa’ nfetaħ u ssolva fl-istess waqt hekk kif il-Pulizija rċevew telefonata li l-ġuvnott instab f’saħħa tajba fi Cleveland, f’Ohio.

Julian Hernandez, li issa għandu 18-il sena, kien qed jipprova japplika għal post-sekondarja meta sar jaf li n-numru tas-sigurtà soċjali li kellu ma kienx jaqbel ma ismu. Bl-għajnuna ta’ għalliem, iż-żagħżugħ ħa aħbar xokkanti meta sar jaf li hu kien fuq il-lista ta’ tfal li ġew maħtufin.

Il-Pulizija kif semgħu dan reġgħu fetħu l-każ, ikkonfermaw l-informazzjoni li rċevew u minn hemm bdew it-tħejjijiet biex isiru jafu x’ġara.

Ftit wara missier it-tifel, Bobby, ġie arrestat u akkużat li biddel dettalji mingħajr awtorità u qabad u ħa r-riedna f’idejh u seraq lil ibnu. Akkużi li jistgħu iħalluh għaxar snin f’ċella.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend