Ta’ 20 sena tfittex lill-ġenituri bijoloġiċi tagħha – iċemplulha 50 familja – One News

Notifiki

Ta’ 20 sena tfittex lill-ġenituri bijoloġiċi tagħha – iċemplulha 50 familja

Meta Jenna Cook marret lura lejn iċ-Ċina fl-età ta’ 20 sena biex tfittex lill-familja bijoloġiċi tagħha, kienet taf li ma kinitx se tkun faċli. Iżda li ma stennietx kien li se tkun qed tiltaqa’ ma għexieren ta’ familji li bdew jittamaw li kienet it-tifla taghħom il-mitlufa.

Kien lura f’Marzu tal-1992 meta qrib stazzjon ta’ tal-linja fil-belt Ċiniża Wuhan, xi ħadd abbanduna tarbija. Hi probbabiltà kbira li min abbandunaha, kompla jsegwi mill-bod biex jara li tiġi miġbura minn xi ħadd, fejn hekk seħħ u minn hemm ittieħdet fid-dar tat-tfal qrib fejn instabet. Hi ngħatat l-isem ta’ Xia Huasi, u data tat-twelid.

Ir-regola li kellha ċ-Ċina dwar familji jkollhom wild wieħed fissret li familji jirċievu multi kbar jekk ikollhom ħafna tfal. Iżda fl-istess waqt, hi llegali li tabbanduna tfal li ma jkunux iridu.

Iżda jiem wara li ċ-Ċina daħlet liġi li tagħti lok lill-persuni ta’ nazzjonalità barranija jaddottaw, lejn l-aħħar ta’ Ġunju, mara li tgħallem fi skola primarja fl-Amerika, Margaret Cook, marret iċ-Ċina biex taddotta lil Xia Huasi. Hi ngħatat l-isem ta’ Jenna u minn hemm bdiet tgħix f’Massachusetts.

Jenna kienet fost l-ewwel 200 trabi li ġew addottati u marru jgħixu ma’ familja Amerikana. Bosta oħra ngħataw l-istess opportunità, ammont li jiġi stmat għal madwar 80,000.

Jenna minn dejjem kienet taf li hi addottata. “Konna nitkellmu dwar l-addozzjoni b’mod normali. Qatt ma ħassejna li kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn,” qalet Jenna.

Meta ta’ 20 sena ngħatat iċ-ċans li tmur iċ-Ċina fuq studju, hi ddeċidiet li tuża l-flus li ngħatat biex tagħmel riċerka dwar l-addozzjoni u li forsi setgħet twassal biex hi ssib il-ġenituri bijoloġiċi tagħha.

Wara li qassmet għadd ta’ ‘posters’ b’wiċċha u informazzjoni, madwar 50 familja bagħtula biex jiltaqgħu magħha. Kien minn hemm li ħejjiet għadd ta’ intervisti magħhom biex tara jekk waħda minnhom kinitx propju huma.

Koppja wara oħra u Jenna bdiet titgħallem ħafna affarijiet li setgħu jgħinuha fir-riċerka li bdiet tagħmel għall-istudji tagħha, iżda lil familja tagħha spiċċat ma sabithomx.

Għalkemm din it-tfittxija ma wasslitx lil Jenna biex issib lill-ġenituri propji tagħha, Jenna qalet li xorta kienet waħda li ħalliet il-frott, dan għax “tgħallimt ħafna minn din l-esperjenza. Speċjalment dwar ir-raġuni għalfejn ħafna tfal jiġu abbandunati u kif ukoll ir-reazzjoni tal-ġenituri li darba minnhom kellhom jitilqu lit-tarbija tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend