EMERĠENZA: ajruplan jagħmel takeoff u landing f'temp ta' minuti hawn Malta | One News

Notifiki

EMERĠENZA: ajruplan jagħmel takeoff u landing f’temp ta’ minuti hawn Malta

Illum fil-11:40, ajuplan tat-tip Cessna 441 iddikjara stat ta’ emerġenza wara li telaq mill-Ajruport Internazjonali ta’ Malta. Minħabba ħsarat tekniċi, l-istess ajruplan kellu jdur lura u jabortixxi l-vjaġġ. L-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza f’Malta mill-ġdid. Ħaddiema tal-emerġenza fi ħdan l-ajruport attendew millewwel bħala miżura ta’ sigurtà, iżda l-ajruplan niżel mingħajr problemi, żewġ minuti wara nofsinhar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend