“Ebda student m’hu se jkun żvantaġġat minħabba problemi akustiċi” – One News

Notifiki

“Ebda student m’hu se jkun żvantaġġat minħabba problemi akustiċi”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal fis-sessjoni Parlamentari li ebda student mhu se jkun żvantaġġat minħabba problemi akustiċi li kien hemm fl-eżami tas-smigħ fl-‘O’ level tal-listening comprehension tat-Taljan, Ġermaniż, Franċiż u Spanjol.

Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb lill-membru parlamentari nazzjonalista George Pullicino li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra petizzjoni ffirmata minn 1,772 student jitolbu rimedju għal dak li għaddew minnu. Bartolo qal li l-Board tal-Matsec se jagħmel kuntatt ma’ kull student biex jinfurmahom x’passi se jittieħdu.

L-uffiċċju tal-MATSEC filfatt qal li se jkun qed jinvestiga dan il-każ wara li rċieva numru ta’ lmenti.  Dan L-istudenti lmentaw kif ma setgħux jisimgħu sew u għalhekk kienu ħafna dawk li kitbu jew ikkuntattjaw lill-Matsec.

Kien hemm madwar 1,600 student li kellhom dan l-eżami li jgħodd 21% tal-marka globali.

L-istudenti kienu assenjati fi 22 kamra differenti, fl-iskola De La Salle. Wara l-investigazzjoni se tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar x’azzjoni għandu jkun hemm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend