Ċiklist isofri ġrieħi gravi wara li baqa' dieħel f'bieba ta' karozza | One News

Notifiki

Ċiklist isofri ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel f’bieba ta’ karozza

Ċiklist ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel f’bieba ta’ vettura waqt li kien qed jaqdef f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 ta’ wara nofsinhar fi triq il-Pitkali f’Ħ’Attard.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliema għall-Pulizija tkellmet ma’ one.com.mt fejn qalet li jidher li ċ-ċiklist ma xtaqx jagħmel rapport mal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend