Se jiżdiedu l-barranin li se jiġu jgħixu Malta bil-familja – One News

Notifiki

Se jiżdiedu l-barranin li se jiġu jgħixu Malta bil-familja

L-aġenzija tal-Ażil EASO (European Asylum Support Office) li bħalissa timpjega 168 persuna fl-uffiċju tagħha li hu bbażat f’Malta, se żżid b’mod sostanzjali l-ammont ta’ ħaddiema.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li dawn se jitilgħu għal madwar 500 ħaddiem, ħafna minnhom diplomatiċi u professjonisti minn pajjiżi Ewropej. Dan wara ammont ta’ negozjati mal-awtoritajiet Maltin. Il-ħaddiema barranin se jkunu mħallsa minn fondi Ewropej, sabiex jgħixu hawn Malta. Ikunu jridu sistema ta’ kurrikulu internazzjonali sabiex uliedhom ikunu jistgħu jistudjaw hawn Malta.

Għal dan, jeħtieġ skejjel speċjalizzati. Filwaqt li skejjel privati qed jingħataw għajnuna biex isibu fejn ikabbru l-art tagħhom f’zoni mhux ODZ, fil-futur qrib se toħroġ sejħa għal skola internazzjonali. Minflok jinbena x’imkien, spjega l-Prim Ministru, l-eks sptar militari tal-Imtarfa se jinfetaħ għall-kompetizzjoni biex japplika min ikun interessat fir-restawr tiegħu.

Bħalissa dan l-eks sptar, li nbena għall-feruti fi żmien l-ewwel gwerra dinjija, jinsab fi stat ħażin ħafna.

Il-Prim Ministru spjega li min jieħu l-iskola li eventwlament issir f’din il-binja, irid jipprovdi boroż ta’ studju lil studenti Maltin, biex dawn ukoll jingħataw esperjenza unika.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mela…u jitqasmu 3 families/apartment. Bhal dawk tal-BBQ tal-Imsida.

    Kif tista familja Maltija b’minimum wage tlahhaq…jekk ma’ tispiccax tghix ma’ hadd iehor!
    Jekk ghal xi hadd hi ahbar tajba…ghalija u shabi l-haddiema Maltin hija 100% negattiva.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend