Miljuni allokati għat-taħriġ tal-ħaddiema – One News

Notifiki

Miljuni allokati għat-taħriġ tal-ħaddiema

B’nefqa ta’ miljun ewro, Jobsplus se tkun qed toffri l-iskema Training Pays Scheme. Skema li se tkun qed toffri l-opportunità lil numru ta’ individwi li jixtiequ jkabbru l-ħiliet edukattivi tagħhom b’taħriġ vokazzjonali. Dan il-proġett huwa parti minn proġett Ewropew, Training for Employment Project.

Informazzjoni dwar l-iskema

  • Il-persuni li huma eliġibbli għal din l-iskema huma nies qegħda, self-employed, persuni li għandhom ‘il fuq minn 40 sena, persuni li huma impjegati ma’ intrapriżi li għandhom anqas minn għaxar impjegat u persuni li għandhom dħul ta’ inqas minn €12,500 fis-sena, fost oħrajn. Dawn il-persuni se jkunu qed jibbenefikaw minn sussidju ta’ 75% fuq il-ħlas tat-taħriġ, jiġifieri massimu ta’ €1,000.
  • L-applikazzjonijiet għal din l-iskema se jinfetħu għada 28 ta’ Marzu 2017

Jobsplus ħabbret ukoll l-inizjattiva ta’ Investing in Skills, b’allokazzjoni ta’ 8 miljun ewro. Din l-iskema ser tippromwovi t-taħriġ ta’ persuni li jipparteċipaw b’mod attiv fil-Suq tax-Xogħol Malti bil-għan li tiżdied il-produttività u t-tissaħħaħ l-adattabilità. Il-parteċipanti se jkunu qed jingħataw assistenza finanzjarja għas-servizzi ta’ trasport relatati mal-proġett ta’ taħriġ u spejjeż tal-apprendisti fost oħrajn.

Dawn huma biss uħud mill-iskemi li tmexxi Jobsplus bl-għajn li toffri għajnuna lil persuni li huma qiegħda biex jingħataw it-taħriġ neċċessarju biex ikunu jistgħu jsibu mpjieg. Fost oħrajn hemm ukoll l-iskema Work Exposure Scheme b’investiment ta’ €1,291,200 u t-Traineeship Scheme b’investiment ta’ €4,820,720.

Dawn l-iskemi msemmija hawn fuq huma ko-finanzjati mill-Fondi Soċjali Ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend