Tinħatar l-ewwel mara li se tmexxi Hong Kong | One News

Notifiki

Tinħatar l-ewwel mara li se tmexxi Hong Kong

Carrie Lam inħatret bħala l-mexxejja l-ġdida ta’ kumitat amministrattiv li jmexxi l-istat semi-awtonomu ta’ Hong Kong.

Hong Kong li jirrispondi direttament il-Gvern Ċiniż ibbażat fil-kapitali Beijing se jkollu għall-ewwel darba mara tmexxih.

Carrie Lam kienet mistennija li tiġi eletta wara li kellha l-appoġġ sħiħ mill-Gvern Ċiniż.

Filfatt hi ġiet eletta mill-membri tal-kumitat amministrattiv ta’ Hong Kong li huwa magħmul minn bosta nies li huma magħrufin li jappoġjaw il-Gvern Ċiniż.

Bosta nies ħarġu jipprotestaw minħabba n-nuqqas ta’ demokrazija f’Hong Kong u għaliex l-elezzjonijiet m’humiex ħielsa permezz ta’ vot popolari.

Kandidat ieħor li kien fuq quddiem fost stħarriġ tal-opinjoni pubblika ma rnexxielux jikseb l-appoġġ tal-kumitat ta’ Hong Kong.

Tlett snin ilu protesti kbar f’Hong Kong baqgħu magħrufa bħala l-protesti tal-umbrellel minħabba lid-dimostranti li ħarġu jipprotestaw kontra l-attitudni awtokratika miċ-Ċina użaw għadd ta’ umbrellel biex jilqgħu minn pepper spray li twaddab biex id-dimostranti jitferxu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend