Sigurtà tal-ogħla livell f'Ruma | One News

Notifiki

Sigurtà tal-ogħla livell f’Ruma

Is-sigurtà f’Ruma hija waħda tal-ogħla livell minħabba s-Summit tal-lum. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan Angelino Alfano qal li speċjalment wara l-attakki li seħħew din il-ġimgħa f’Londra, il-pajjiż ma ħa ebda riskju minn dan l-aspett.

Kapijiet tas-sigurtà fil-Kapitali Taljana huma ppreparati biex tul il-ħin tas-Summit ikun hemm dimostrazzjonijiet vjolenti fil-pjazez biswit il-Campidoglio, is-simbolu tat-twelid tal-Unjoni Ewropea.

B’kollox hemm sitt dimostrazzjonijiet skedati għal-lum; kemm favur u kemm kontra l-Unjoni Ewropea. Waħda minnhom hija il-March for Europe organizzata mill-British in Italy, li se taħdem biex ċittadini Ingliżi jibqgħu jibbenefikaw minn drittijiet wara Brexit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend