"Irrapportaw lil dan ir-raġel; qed juża ritratt ta' ibni!" | One News

Notifiki

“Irrapportaw lil dan ir-raġel; qed juża ritratt ta’ ibni!”

Omm Maltija kitbet fuq forum online tal-ommijiet, tappella biex kulħadd joqgħod attent x’jitfa’ fuq Facebook.

Meta tkellimna magħha, Dorianne Pace qalet li dan ir-raġel li jġib l-isem virtawli ta’ “Irfan Baloch” xerred ir-ritratt ta’ binha għall-ewwel darba s-sajf li għadda. Meta reġgħat fittxet ir-ritratt ta’ binha fuq il-profil ta’ dan il-bniedem li ma tafux, ma sabitux, iżda issa reġa’ tfaċċa’.

Dorianne qalet li l-ġenituri marru għand il-Pulizija bil-każ, però qalulha li peress li barrani, ftit li xejn hemm x’tista’ tagħmel.

Ir-raġel jgħid li hu mill-Pakistan u bħala impjieg kiteb “Fans of Islam”.

Flimkien mar-ritratt, ir-raġel tella’ kitba. Meta tagħmlilha traduzzjoni fuq Google, jirriżulta dan:

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend