Il-Libjan "ta' Tigne Point" jgħid li ħa r-ritratti tat-tfal għax se jsir missier | One News

Notifiki

Il-Libjan “ta’ Tigne Point” jgħid li ħa r-ritratti tat-tfal għax se jsir missier

Skont l-Imam, Mohamed El Sadi, il-Libjan li fi tmiem il-ġimgħa ħa r-ritratti ta’ ulied it-tabib Jan Chircop bl-iktar mod suspettuż għamel hekk għax qed jistenna tarbija. L-Imam kiteb dan fuq facebook tiegħu wara li qal li ilu jipprova jiltaqa’ miegħu minn tmiem il-ġimgħa u ltaqa’ miegħu b’kumbinazzjoni. Qal li l-Libjan, Mohammed Eldakhyl, jaħdem ma’ kumpanija Libjana li għandha investiment Malta u jidher mistħi u kwiet.

Skont l-Imam kien mill-ewwel darba li ra r-ritratt tal-koppja li nduna li huma innoċenti.

“Għadu jiżżewweġ u se jkollu tarbija dalwaqt. Għalhekk jieħu gost jieħu ritratti ta’ tfal jilgħabu,” kiteb l-Imam li qal li martu ma talbitx lit-tifel tat-tabib Chricop imur magħha sat-‘toilet’.

Hu żied jargumenta li l-Pulizija ma sabet xejn għaliex li tieħu r-ritratti fil-pubbliku mhix kontra l-liġi. L-Imam qal li s-sitwazzjoni marret għall-agħar għax il-Pulizija fittxew fid-dar u l-karozza tal-Libjan. “Qed iħoss sens ta’ inġustizzja,” kiteb l-Imam li qal li kieku min ħa r-ritratti kien Ewropew jew Amerikan jaf ma kienx iqum is-sens ta’ suspett.

Hu temm jappella lit-tabib Chircop biex jiltaqa’ ma’ Eldakhyl u jtih ċans jikkjarafika l-pożizzjoni tiegħu u n-nuqqas ta’ ftehim li seta’ kien hemm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend