Aktar minn 200 immigrant maħsuba mejta | One News

Notifiki

Aktar minn 200 immigrant maħsuba mejta

Aktar minn 200 immigrant huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara li għerqu waqt li kienu abbord dgħajsa li għerqet ftit ‘il bogħod mill-kosta tal-Libja, dan skond organizzazzjoni Spanjola li tgħin lil persuni fil-bżonn.

Proactiva Open Arms qalet li s’issa sabu madwar ħames iġsma li kienu qrib dgħajsa meqluba, li kull waħda tesa’ mitt persuna.

Hu magħruf li l-ħames iġsma li ttellgħu kienu kollha rġiel ta’ età żgħira u li mietu wara li għerqu.

Kelliem għall-gwardja-kosta tal-Italja kkonferma din is-sejba, iżda qal li ma jistgħux jikkonfermaw in-numru ta’ mwiet li sostnew Proactiva, fejn qalu li huma ma rċevew l-ebda messaġġ jew sinjal li kien hemm bżonn l-għajnuna mill-istess dgħajsa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend