Ikkonfiskat pakkett li kellu fih $50,000 – One News

Notifiki

Ikkonfiskat pakkett li kellu fih $50,000

Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ pakkett b’$50,000 fih waqt li kienu xogħol fl-Uffiċċju tal-Malta Post Office.

Is-sejba saret meta waqt li kienu qed jaraw pakketti li waslu miċ-Ċina, wieħed mill-pakketti li kien iddikjarat bħala oġġett li jintuża fid-dar qajjem suspett minħabba l-forma li kellu. Kien għalekk li l-uffiċjali ddeċidew li jgħadduh taħt il-maġna tal-X-Ray fejn ir-riżultat wera li dak li kien iddikjarat ma kienx minnu.

L-Uffiċjali tad-Dwana minnufih ħadu deċiżjoni li jiftħu l-pakkett fejn sabu pakketti ta’ $10,000 li ammontaw għal $50,000

Il-flus ngħataw lill-Pulizija għal aktar investigazzjoni, sabiex jiġi stabbilit jekk il-karti tal-flus humiex foloz. Il-persuna li kellu jirċievi l-pakkett bil-flus ġie interrogat sabiex iservi bħala għajnuna waqt din l-investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend