400 wifi hotspot sal-aħħar tal-2017 – One News

Notifiki

400 wifi hotspot sal-aħħar tal-2017

Bit-tema “Ħolqien ta’ Ekonomija Ġodda” fl-isfond, il-Ministru tal-Kompetittività, l-Ekonomija Diġitali, il-Qasam Marittimu u s-Servizzi Manuel Mallia indirizza laqgħa oħra mis-sensiela Gvern Li Jisma’, fejn stqarr li s-suċċess ekonomiku li qed jesperjenza pajjiżna mhuwiex xi ħaġa kumbinazzjoni.

Irrefera għal ftehim milħuq aktar kmieni matul il-jum fis-settur li tiegħu huwa responsabbli bejn Malta Marittima u l-Università ta’ Malta, fejn il-Gvern ikkontrobwixxa mitt’elf ewro biex iż-żgħażagħ iressqu ’l quddiem l-ideat innovattivi tagħhom li jistgħu jissarfu f’kummerċ.

Iddeskriva bħala unur il-fatt li waqt li pajjiżna qiegħed fit-tmun tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, se jagħlaq kapitlu ferm importanti li jagħti aktar saħħa lill-kunċett ta’ digital single market, fejn mill-ħmistax ta’ Ġunju li ġej, se jiġu aboliti r-roaming charges.

Il-Ministru Mallia tkellem dwar kemm pajjiżna avvanza fis-settur teknoloġiku, fosthom bl-aċċess għal wifi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend