Lesti jagħtu evidenza dwar ir-rabtiet bejn Trump u r-Russja | One News

Notifiki

Lesti jagħtu evidenza dwar ir-rabtiet bejn Trump u r-Russja

Żewġ Kapijiet mis-sezzjoni tal-inteliġenza sigrieta tal-Istati Uniti lesti li jixdhu quddiem il-Kungress dwar possibilitajiet ta’ rabtiet bejn ir-Russja u l-kampanja elettorali tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Huma lesti li jindirizzaw id-dikjarazzjoni mingħajr bażi li għamel Trump, fejn qal li Obama għamel spjunaġġ ta’ telefonati fuq il-linja tiegħu.

Id-Direttur tal-FBI James Comey u l-mexxej tal-NSA, Mike Rogers, se jkun qed jipprovdi evidenza waqt smigħ fil-miftuħ, li qed jitqies bħala każ rari.

Trump qal li din l-investigazzjoni m’hi xejn ħlief “persekuzzjoni inġusta.”

Ir-Russja ċaħdet li ppruvat tkun influwenti waqt l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend