€19-il miljun għal tliet skejjel ġodda – One News

Notifiki

€19-il miljun għal tliet skejjel ġodda

Dsatax –il miljun ewro se jkunu investiti fi tliet skejjel ġodda f’San Pawl il-Baħar, Marsaskala u r-Rabat Għawdex.

Dawn it-tliet proġetti huma ewlenin fil-ħidma tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada wara l-investiment ta’ erbgħin miljun ewro fi proġetti diversi fl-aħħar sentejn u nofs.

F’laqgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Raphael Axiak, kien spjegat kif il-bini ta’ dawn it-tliet skejjel huma riżultat tal-fatt li l-popolazzjoni kibret u hemm bżonn iktar spazju.

“Ma baqax spazju biżejjed fejn joqgħodu l-istudenti. Ma nistgħux nakkomodaw l-istudenti li hemm bħalissa għalhekk irridu naħsu għal meta jiżdiedu aktar studenti. Għalhekk inħass il-bżonn li tinbena skola primarja ġdida,” spjega l-Kap Eżekuttiv.  

L-iskola Primarja l-ġdida ta’ San Pawl il-Baħar se tinbena l-Qawra , fejn diġà beda x-xogħol ta’ skavar. Hawn l-investiment hu ta’ tmien miljun ewro. L-iskola eżistenti tibqa’ biex l-istudenti jinqasmu fuq żewġ bnadi bil-filosofija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni hi li ma jkunx hemm skejjel kbar ħafna. L-stess se jsir f’Marsaskala , bil-bini l-ġdid se jibda fi zmien li ġej b’investiment ta’ €4,100,000.

Il-gvern qed jallokka mas-seba’ miljun ewro għall-bini ġdid ta’ skola primarja fir-Rabat Għawdex. L-iskola eżisteni hija waħda antika u hemm nuqqas ta’ faċilitajiet għall-istudenti. Hawn l-Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada għaddejja bi tfitxxija sabiex tinstab art. F’kull każ qed isir sforz biex ikun evitat l-użu tal-ODZ.

Iżda, m’hemmx biss ċentri għal ħarsien ta’ tfal. Fost oħrajn għaddejja ħidma għal ċentri ta’ ħarsien ta’ tfal ġodda f’Ħaż-Żebbuġ u San Ġwann.

Raphael Axika spjega kif il-fondazzjoni qed taħdem ukoll biex isaħħaħ l-istrutturi tagħhom, bil-għan li tkun effiċjent u tipprovdi l-aqwa servizz.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend