Jinqatel b'tiri f'ajruport f'Pariġi wara li pprova jaħtaf arma tan-nar minn fuq suldat | One News

Notifiki

Jinqatel b’tiri f’ajruport f’Pariġi wara li pprova jaħtaf arma tan-nar minn fuq suldat

Raġel inqatel b’tiri wara li pprova jaħtaf arma tan-nar minn fuq suldat fl-ajruport Orly f’Pariġi fi Franza.

Diversi żoni fl-ajruport ġew evakwati u passiġġiera ma tħallewx jinżlu minn fuq ajruplani.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ sigurtà minn esperti mill-bomb disposal unit.

Orly huwa t-tieni l-akbar ajruport f’Pariġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend