Pazjenti Maltin li jingħataw kura f'Għawdex, se jibdew iħallsu inqas għall-vapur | One News

Notifiki

Pazjenti Maltin li jingħataw kura f’Għawdex, se jibdew iħallsu inqas għall-vapur

Il-Maltin li se jitilgħu Għawdex għall-kura, se jibdew iħallsu l-prezz li jħallsu l-Għawdxin meta jirkbu l-Gozo Channel.

Dan tħabbar hekk kif kompliet is-sensiela ta’ konsultazzjoni pubblika mal-Kabinett Gvern Li Jisma’, bit-tema tkun Opportunità Għawdex u kienet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo.

Huwa ħabbar ukoll li s-sena d-dieħla se jibda jitħaddem is-servizz ta’ fast ferry. Servizz li se jkollu erba’ vjaġġi. Tnejn filgħodu u tnejn filgħaxija, u eliġġibli għalih se jkunu l-istudenti u l-ħaddiema.

Il-Ministru ma naqasx milli jsemmi d-differenza bejn Gvern Laburista u dak Nazzjonalista, b’dak preżenti jqajjem fuq saqajha lil Għawdex wara li Gvern Nazzjonalista ma kellu l-ebda inizjattiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend