L-iskola medika BARTS deskritta bħala ‘state of the art’ – One News

Notifiki

L-iskola medika BARTS deskritta bħala ‘state of the art’

Ix-xogħlijiet fuq l-iskola medika Barts f’Għawdex bdew illum, wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permess biex tkun tistà tinbena din l-iskola medika.


Din il-faċilità se tkun waħda deskritta bħala state of the art u li din l-iskola medika se tkun waħda mill-aqwa meta kkumparata ma’ skejjel oħra.

Dawn ix-xogħlijiet bdew billi twaqqaw l-istrutturi antiki biex jinbeda l-proċess ta’ tħaffir fost xogħlijiet oħra li se jinbdew mill-ġimgħa d-dieħla u mistennija jkomplu matul it-tmien ġimgħat li ġejjin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-isptar ta’ Vitals Global Health Care f’Għawdex, Dr Nadine Delicata spjegat li l-proġett Barts se jkun qed iwassal biex l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex jsir faċilità edukattiva. Hija stqarret li l-evidenza turi, li meta sptar ikollu skola medika bħala parti minnu, l-kwalità tas-servizz mediku li jingħata jkun tal-ogħla livell.

Fir-Rabat Għawdex, il-Ministru Konrad Mizzi spjega kif dak li beda matul il-jum tal-ġimgħa, huwa mument importanti ħafna hekk kif se jkun qed ibiddel il-kura tas-saħħa fl-istess gżira. Irrimarka wkoll li t-transizzjoni se tkun waħda mill-aqwa, hekk kif iflwaqt li għaddej ix-xogħol, is-servizzi mhux se jkunu affettwati.

Tħabbar ukoll servizz ta’ park and ride għall-pazjenti u l-istaff, dan biex jiġu indirizzata l-isfidi ta’ parkeġġ li għandu l-isptar. Is-servizz shuttle se jkun qed jopera bejn is-6.30am u 7.30pm bejn it-Tnejn u s-Sibt. Se jkun qed jiġi assigurat ukoll li jsir titjieb f’dik li hija aċċessibilitá tal-isptar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend