Jitilgħu l-poloz tal-UEFA Champions League – One News

Notifiki

Jitilgħu l-poloz tal-UEFA Champions League

Hekk kif telgħu l-poloz tal- UEFA Champions League, jidher li l-aktar żewġ logħbiet li se jiġbdu interess se jkunu BAYERN – REAL MADRID u JUVENTUS – BARCELONA.

Xi ħadd minn dawn il-ġganti se jispiċċa barra minn din il-lista ta’ tims hekk kif ma jgħaddux għas-semi finali.

Tajjeb li wieħed jiftakar li anqas minn sentejn ilu l-Barċelona u Juventus kienu spiċċaw fil-finali, bir-rebbieħa kienu Barċelona.

L-aħħar li ltaqgħu f’kompetizzjoni tac-Champions League, Bayern u Real Madrid kien fis-semi finali tal-2014 fejn kienu ġew eliminati l-Bayern hekk kif it-tazza ntrebħet mir-Real Madrid.

Dan ifisser li f’dawn il-partiti dawn il-ġganti tal-futbol se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin, biex b’hekk żgur li dawk li jsegwu l-futbol se jkunu qed jistennew bil-ħerqa dawn il-logħob.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend