FILMAT: Kieku ġrat lil mara flok raġel | One News

Notifiki

FILMAT: Kieku ġrat lil mara flok raġel

Ġimgħa wara li deher il-filmat fuq il-BBC, jidher li numru sinifikanti ta’ nies għadhom qed jitkellmu dwaru. Filfatt, matul din il-ġimgħa saru numru ta’ filmati li jirreplikaw il-mument ta’ dan il-missier, meta ż-żewġ uliedu ddeċidew jisirqu x-xena. Dan għamluh b’mod dirett meta kien qed jixxandar mad-dinja kollha.

Iżda kienu l-kummidjanti ta’ New Zealand, Jono and Ben, li poġġew filmat li niżel għasel mal-pubbliku, fil-maġġoranza tagħhom mal-ommijiet. Iżda xorta waħda rċieva kritika, hekk kif numru ta’ persuni qalu li dan il-filmat jagħti l-impressjoni li huwa xogħol il-mara biss li tieħu ħsieb it-tfal tagħha.

Dan hekk kif il-filmat juri x’kienet tagħmel omm li kieku kienet f’din is-sitwazzjoni. Il-mara tidher tagħti l-ħalib lil bintha u tibqa’ titkellem filwaqt li jidħol it-tifel tagħha ukoll.

Segwu dan il-filmat: 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend