Rabti jsofri ġrieħi gravi wara li allegatament seħħet splużjoni aċċidentali f’Ħal Lija – One News

Notifiki

Rabti jsofri ġrieħi gravi wara li allegatament seħħet splużjoni aċċidentali f’Ħal Lija

Rabti sofra ġrieħi gravi wara li allegatament seħħet splużjoni fil-post li kien fih, fi triq il-Mosta f’Ħal Lija

Illum għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu.

Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel li għandu 43 sena, residenti r-Rabat, sofra xi ġrieħi wara li allegatament seħħet splużjoni aċċidentali ġewwa l-imsemmi post.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend