AĠĠORNAT: L-ikbar qabda ta’ droga fl-istorja… 300kg kokaina fil-Port Ħieles – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-ikbar qabda ta’ droga fl-istorja… 300kg kokaina fil-Port Ħieles

18:50: Hekk kif qed issir l-investigazzjoni, il-piż tad-droga li ġiet ikkonfiskata hu dak ta’ 300kg. Dan l-ammont hu wieħed preċiż hekk kif issa tneħħa l-ippakkiġġjar u l-plastik li kien jinsab fih id-droga. Issa għaddejja l-analiżi biex jiġi stabbilit kemm hi pura d-droga.

Aktar qabel: Bejn ilbieraħ u llum saret l-akbar qabda ta’ droga fl-istorja ta’ pajjiżna.

Kienet ħidma twila fl-iktar sigħat tard tal-bieraħ filgħaxija u fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu li wasslet biex fid-Dwana Maltija kien interċettat container fil-Port il-Ħieles li mal-merkanzija li kien qed iġorr, kellu madwar 350kg f’kokaina (fl-ippakkiġġjar).

Il-kontejner kien għaddej minn Malta fi triqtu għal Spanja. L-uffiċċjali tad-dwana fetħu sitt xkejjer li kellhom fihom basktijiet b’sustanza bajda u testijiet li saru mill-uffiċjali tad-dwana taw riżultat li kienet kokaina.

Huwa stmat li fis-suq din id-droga għandha valur ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ ewro. Iżda, il-valur irid ikun iddeterimnat wara li ssir analiżi dwar kemm hi pura d-droga. L-uffiċjali tad-dwana talbu l-intervent tal-Pulizija li issa ingħaqdu fl-investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend