Il-Partit ta' Rutte jirbaħ l-elezzjoni fl-Olanda bl-akbar rappreżentanza Parlamentari | One News

Notifiki

Il-Partit ta’ Rutte jirbaħ l-elezzjoni fl-Olanda bl-akbar rappreżentanza Parlamentari

Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte, rebaħ l-elezzjoni Olandiża bl-ikbar numru ta’ siġġijiet Parlamentari waqt l-elezzjoni tal-bieraħ.

B’madwar 95% tal-voti diġà ngħaddew, u m’hemm l-ebda ċans li din l-aħbar tinbidel, il-Partit ta’ Rutte, dak liberali taċ-Ċentru Lemini, se jkun qed ikollu 33 membru Parlamentari minn 150, fejn dan l-ammont qed jitqies bħala l-ikbar ammont li qatt kellu partit fil-Parlament.

Il-partit ta’ Geert Wilders, dak ta’ kontra l-immigrazzjoni, kien ċert li se jiġi t-tieni iżda żgur mhux  b’madwar għoxrin siġġu, siġġu aktar minn partiti oħra.

“Il-messaġġ tagħna għall-Olanda hu li aħna se nżommi ma dak li għidna, li nżommu l-pajjiż sigur, stabbli u bi prospetti tajbin,” qal Rutte waqt id-diskors tiegħu.

Kompla billi qal li “Illum hi l-ġurnata meta l-poplu Olandiż qal “daqshekk!” għal dak kollu li huwa populist.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend