Il-Libjani l-iktar li talbu l-ażil f'Malta | One News

Notifiki

Il-Libjani l-iktar li talbu l-ażil f’Malta

Ma kienx hemm differenza kbira fin-numru ta’ persuni li talbu ażil għall-ewwel darba f’Malta. Dan meta wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mas-sena ta’ qabel. Filwaqt li fl-2016 kienu 1,735 persuna li talbu ażil f’pajjiżna, fl-2015 kienu 1,695. Differenza ta’ erbgħin persuna.  Kienu l-Libjani (655) l-iktar li talbu ażil f’Malta, segwiti mis-Sirjani (285) u nies mill-Eritrea (255).

Pajjiżi li rreġistraw żidiet kbar kienu l-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja u s-Slovenja. Għalkemm jekk wieħed iħares lejn in-numri minflok il-persentaġġi hija l-Ġermanja li rat l-ikbar żieda fejn minn 441,800 applikant fl-2015, telgħet għal 722,265 is-sena li għaddiet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend