BIL-FILMAT: Kif jiddeċiedu jaqsmu t-triq, ftit metri bogħod minn żebra – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Kif jiddeċiedu jaqsmu t-triq, ftit metri bogħod minn żebra

Persuna li dalgħodu kienet il-Furjana ħadet filmat li juri eżempju xokkanti ta’ kif bosta jaqsmu t-triq Sant Anna fil-Furjana.

Fil-filmat jidhru numru ta’ studenti tal-primarja, flimkien ma’ adulti, jistennew il-karozzi jonqsu sakemm fl-aħħar ġrew minn naħa għall-oħra tat-triq. Każ xokkanti meta wieħed iqis li ftit ‘il fuq wieħed jista’ jaqsam bil-galbu u b’serħan il-moħħ minn fuq zebra crossing bl-użu tad-dwal tat-traffiku.

Il-filmat, li tpoġġa fuq is-sit soċjali, qajjem agħa fost bosta ġenituri li ġew konxji tal-periklu li tpoġġew fih dawn l-istudenti. Periklu li seta’ jiġi evitat.

Wara bosta jallegaw li l-adulti li kienu qed jakkumpanjaw lill-istudenti kienu għalliema, il-Kap tal-iskola Primarja tal-Furjana, li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca, Stephen Miceli, sostna kif dawk li jidhru fil-filmat huma ġenituri u mhux għalliema.

Kompla billi qal li filwaqt li ta’ spiss l-iskola twissi dwar dan it-tip ta’ periklu, xorta waħda jkun hemm min ma jagħtix każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend