Wegħdet li tagħti 19,419,507 blowjob – One News

Notifiki

Wegħdet li tagħti 19,419,507 blowjob

Mara li wegħdet li tagħti 19,419,507 blowjob issa trid tiltaqa’ ma’ raġel li għandu ġenitali artifiċjali.

Hija xewqa stramba ħafna dik ta’ Paola Saulino ta’ 27, li wegħdet blowjob lil kull min ma jivvotax fir-referendum li seħħ l-Italja fl-aħħar jiem. Stramba aktar minn hekk il-popolarità li qed tattira l-mara.

Għalkemm tilmenta li tbati b’uġieh kbir fix-xedaq, probabilment għal aktar attenzjoni, saħqet li se żżomm kelmtha. Paola hi segwita minn eluf fuq Instagram u żżommom aġġornati b’ritratti kontinwi.

Wara li wriet ix-xewqa li tiltaqa’ ma’ raġel li f’ġenitali artifiċjali, nibtet rabta ma’ ċertu Mohammed Abad ta’ 44 sena, li wara inċident meta kien tifel, spiċċa għamel operazzjoni ta’ £70,000 biex jirranġa s-sitwazzjoni. Dawn jaħdmu billi jagħfas buttuna li tinsab taħt it-testikoli u jintela b’likwidu li jkun maħżun fl-istonku.

Paola trid tagħti wkoll is-servizzi tagħha lil 400 votant li vvutaw kontra li jitnaqqsu l-membri parlamentari u l-ispiża amministrattiva fit-tmexxija Taljana.

Hu x’inhu l-każ li qed iwassal għal dawn ix-xewqat strambi ta’ Paola Saulino, jibqa l-fatt li s-sess u sesswalità qed iġibilha fama liema bħala. Fama li hemm min jaħrabha, u hemm min jużaha skont kif jaqbel lilu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend