Ta’ 99 sena l-Pulizija jaqtawlha xewqitha – One News

Notifiki

Ta’ 99 sena l-Pulizija jaqtawlha xewqitha

Il-Pulizija Olandiża kkuntentaw mara ta’ 99 sena li kellha xewqa stramba; dik li tiġi arrestata u tqatta’ ftit żmien f’ċella.

Annie kienet qasmet ix-xewqa tagħha ma’ uffiċjal, fejn qaltlu li kellha x-xewqa li tesperjenza l-ħabs, bħala ħabsija.

Għalkemm ma kellha l-ebda rekord kriminali biex tkun maqfula, il-Pulizija fi Nijmegen riedu jikkuntentawha u l-pensjonanta dehret se ttir bil-ferħ hekk kif kienu qed joħduha fiċ-ċella tagħha.

Biex l-istorja tkun iktar realistika, il-Pulizija mmanetjaw lil Annie għal xi ħin u fuq Facebook il-Pulizija ddeskriviet din l-istorja bħala ‘a day to remember’ – “Ġurnata li nibqgħu niftakru”.

In-nies tal-lokal faħħru lill-Pulizija tal-impenn li ħadu biex jikkuntentaw lil Annie biex taqta’ waħda mix-xewqat tagħha, għalkemm stramba ħafna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend