Miljuni affettwati mill-maltempata ta' silġ fl-Istati Uniti | One News

Notifiki

Miljuni affettwati mill-maltempata ta’ silġ fl-Istati Uniti

New York, New Jersey, Pennsylvania u Virgina lbieraħ filgħaxija ħabbru stat t’emerġenza wara li ntlaqtu minn maltempata kbira, li magħha ġabet ħafna borra u silġ.

L-iskejjel ingħalqu u eluf ta’ titjieriet tħassru wara li ttieħdu deċiżjonijiet li jħarsu s-sigurtà ta’ eluf ta’ student u persuni oħra.

Il-kundizzjonijiet tat-temp ikkawżaw lill-Kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel, tipposponi vjaġġ li kellha mħejji fejn kellha żżur Washington biex tiltaqa’ mal-President Amerikan, Donald Trump.

Il-laqgħa issa ġiet posposta għal nhar il-Ġimgħa li ġej.

Dan il-maltemp affetwa madwar 50 miljun persuna minn madwar il-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend